Ir-Rwol Tagħna

F’konformità mad-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu s-CEMalta, b’mod partikolari S.L 549.134, il-Gvern għandu jkun qed jissorvelja, jivverifika u jinfurza kif meħtieġ l-Iskema permezz tal-Aġenzija. CEMalta għandha teżerċita b’mod effettiv ir-rwol regolatorju tagħha permezz ta’ relazzjonijiet stabbiliti u l-appoġġ tad-Dwana ta’ Malta u tal-Kummissarju għad-Dħul.

CEMalta għandha tkun qed taħdem flimkien mal-Operatur tal-Iskema kif ukoll ma’ awtoritajiet oħra biex tiżgura li l-Produtturi u l-Importaturi jsegwu r-regoli u r-regolamenti stabbiliti fl-avviż legali fost l-oħrajn biex jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi u l-miri.

Ir-regolamenti ppubblikati fil-31 ta’ Lulju 2020 jipprevedu wkoll li jekk ma jintlaħqux il-miri rilevanti, il-Konsorzju jkun soġġett għal multi, kif xieraq.

CE Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.