DWAR CE MALTA

Sir afna ftit aħjar

Ekonomija Ċirkulari Malta (CE Malta) hija l-entità kompetenti maħtura, stabbilita mill-Gvern, għall-Ekonomija Ċirkulari skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent. Ekonomija Ċirkulari Malta ġiet approvata mill-Kap. 331/XIII/18 tal-Kabinett u ġiet stabbilita bħala Aġenzija permezz tal-A.L. 286 tal-2018 skont l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (KAP. 497), u b’ hekk ġie stabbilit l-Ordni li jwaqqaf Ekonomija Ċirkulari Malta (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.28).

IL-VIŻJONI TAGĦNA

Il-Pjanijiet għall-Futur

Li jitnaqqas l-ammont ta’ skart iġġenerat permezz tal-promozzjoni tar-responsabbiltà individwali u korporattiva.

Li jinħoloq il-qafas għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-iskart.

Li jittejjeb l-użu tal-iskart bħala riżors.

IL-MISSJONI TAGĦNA

X’Se Nwettqu

L-Aġenzija għandha l-għan li trawwem u tiffaċilita t-tranżizzjoni minn Ekonomija Lineari għal Ekonomija Ċirkulari permezz tal-governanza effettiva tar-riżorsi riċiklabbli.

L-Aġenzija se tkejjel is-suċċess tagħha permezz ta’ skemi u proċessi li jtejbu l-innovazzjoni, itawlu ċ-ċiklu tal-ħajja tar-riżorsi u l-estensjoni ta’ materjal riċiklabbli fis-suq.

CE Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.