L-Iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb

L-Iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb għandha tippermetti lil Malta tissodisfa l-impenji tagħha li tintroduċi skema nazzjonali li biha 70 % tal-fliexken tal-plastik tax-xorb jiġu effettivament irkuprati u ma jitħallewx jispiċċaw fl-ibħra tagħna.

Ta’ min isemmi li l-Baħar Mediterran huwa sfortunatament ikkaratterizzat minn perċentwal għoli ta’ skart fil-baħar. Barra minn hekk, ir-riċerka xjentifika turi b’mod ċar li 70 % tal-iskart fil-baħar huwa effettivament plastik li joriġina mill-art.

Wara proċess twil u dettaljat ta’ negozjar, ġie stabbilit b’suċċess Konsorzju li jirrappreżenta l-industrija privata. Ir-Regolamenti dwar l-Iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb, ispirati mill-prinċipji ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur, u li daħlu fis-seħħ fil-31 ta’ Lulju 2020, huma maħsuba biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ fir-rigward tal-kontenituri tax-xorb, u biex jirriflettu l-Artikolu 8a tad-Direttiva Qafas riveduta dwar l-Iskart, id-Direttiva 2018/851, u jirriflettu d-definizzjonijiet u l-miri introdotti permezz tad-Direttiva 2019/904 dwar il-Plastik li Jintuża Darba Biss.

L-implimentazzjoni tal-iskema ta’ rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb għandha trawwem u ttejjeb l-għarfien dwar l-importanza tal-immaniġġjar tal-iskart bħala mezz biex jittejjeb l-ambjent tagħna permezz tat-tnaqqis tal-iskart, it-tnaqqis tal-mifrex u mġiba soċjali mtejba.

L-Iskema għandha l-għan li trawwem kultura fost il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati fir-rigward tal-benefiċċji ekonomiċi u ambjentali taċ-ċirkolarità tar-riżorsi u fl-aħħar mill-aħħar, tiddevja l-iskart mil-landfill. L-implimentazzjoni b’suċċess tal-Iskema għandha tawgura tajjeb għall-introduzzjoni ta’ skemi simili mibnija fuq il-prinċipji ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur biex jitnaqqas il-fluss fil-landfills ta’ flussi oħra ta’ skart.

CE Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.