Ir-Regolament 27 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.134, ir-Regolamenti dwar l-iskema ta’ rifużjoni għall-kontenituri tax-xorb, jistipula, fost l-oħrajn, li:
“Il-produtturi ma għandhomx ikunu obbligati jimponu depożitu fil-każ ta’ xorb rilaxxat għall-esportazzjoni.”
Għalhekk, id-depożiti tal-Iskema ta’ Rifużjoni għall-Kontenituri tax-Xorb u, fil-każ tal-Produtturi u l-Importaturi, it-Tariffi tal-Amministrazzjoni ma għandhomx ikunu applikabbli għall-kontenituri tax-xorb maħsuba għall-esportazzjoni.
Bħala l-Awtorità nazzjonali f’isem il-Gvern vis-à-vis l-Iskema, l-Ekonomija Ċirkulari Malta żviluppat Formola tar-Reġistrazzjoni għall-operaturi ekonomiċi biex jirreġistraw l-attivitajiet ta’ esportazzjoni tagħhom mal-Aġenzija, flimkien ma’ proċedura operattiva standard biex jiġi ssimplifikat tali proċess.
KONTENITURI TAX-XORB GĦALL-ESPORTAZZJONI – PROĊEDURA OPERATTIVA STANDARD
< Back