L-iskart tal-ikel kien ukoll fuq l-aġenda u din kienet se tappoġġa l-użu ta’ kanali u applikazzjonijiet diġitali għal inizjattivi ta’ ridistribuzzjoni tal-ikel u inizjattivi ta’ kondiviżjoni tal-ikel fi ħdan il-komunitajiet.
Huwa spjega li l-idea tkun li jinstab mod kif jiġi ffrankat l-ikel, li huwa adatt għall-konsum mill-bniedem, billi jerġa’ jiġi distribwit lil oħrajn li jistgħu jużawh, minflok ma jintrema.
Ekonomija ċirkolari tħeġġeġ approċċ riġenerattiv b’kuntrast mal-ekonomija lineari, li għandha sistema ta’ produzzjoni “ħudha, agħmilha, armiha”, li qed twassal għall-produzzjoni ta’ ammont mhux sostenibbli ta’ skart.
Farrugia qal li l-konsegwenzi ta’ ekonomija lineari fuq l-ambjent u s-saħħa tagħna kienu ħżiena, bil-Bank Dinji jipprevedi li l-iskart se jiżdied minn 2.01 biljun tunnellata ta’ skart solidu fl-2016, għal 3.40 biljun tunnellata fl-2050, dment li s-sistema ta’ konsum tagħna ma tinbidilx.
< Back