Att dwar il-libertà tal-informazzjoni

L-Att XVI tal-2008 jagħmel referenza għall-Att dwar il-libertà tal-informazzjoni. Din il-leġislazzjoni tistabilixxi dritt għal informazzjoni fil-pussess ta’ awtoritajiet pubbliċi sabiex jippromwovu iktar trasparenza u responsabilità, taħt numru ta’ kundizzjonijiet u esklużjonijiet.

Tista’ tissottometti talbiet skont l-Att dwar il-libertà tal-informazzjoni permezz tas-sit elettroniku www.foi.gov.mt jew billi tibgħatilna email fuq [email protected]

Aħna neżiminaw it-talba tiegħek u nwieġbuk lura fi żmien għoxrin ġurnata jekk din ġietx aċċettata jew le. Nistgħu ninfurmak ukoll illi se nestendu l-perjodu taż-żmien sabiex nikkonsultaw partijiet terzi jew sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba.

Jekk it-talba tiġi rrifjutata, jew kemm-il darba m’intix sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta lilek, inti tista’ tressaq ilment permezz tas-sit elettroniku www.foi.gov.mt jew permezz ta’ email fuq [email protected] Jekk id-diffikultà tiegħek ma tiġix solvuta kif tixtieq inti, l-Att dwar il

libertà tal-informazzjoni jagħtik ukoll is-setgħa li ttalla’ t-talba tiegħek lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.

CE Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.