ir-Resource, Recovery and Recycling Agency hija impenjata li tkun kompletament trasparenti u tipprovdilek l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-cookies meta żżur dan is-sit web. Aħna qed nirsistu biex ma niġbrux informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur dment li ma tipprovdihiex b’mod volontarju permezz tal-formoli online.
X’inhi cookie?
Cookie hija biċċa żgħira ta’ data li sit web jitlob lill-brawżer tiegħek jaħżen bħala strings testwali fil-hard disk tal-kompjuter tiegħek. Il-cookies kollha huma stabbiliti b’dati ta’ skadenza li jiddeterminaw kemm idumu fuq il-brawżer tiegħek. Ġeneralment, il-cookies jistgħu jitneħħew awtomatikament wara li tiskadi d-data ta’ skadenza jew inkella jistgħu jitħassru manwalment mill-utent.
Liema tipi ta’ cookies juża dan is-sit web?
Dan is-sit web juża żewġ tipi differenti ta’ cookies li ġejjin:
Cookies tas-sessjoni: dawn huma cookies temporanji li jintużaw biex jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ dan is-sit web. Dawn it-tipi ta’ cookies jiskadu u jitħassru malli tagħlaq il-brawżer.
Cookies limitati ta’ partijiet terzi: dawn il-cookies huma stabbiliti minn entitajiet għajr dan l-Uffiċċju u jistgħu jkunu temporanji jew persistenti. L-użu ta’ cookies ta’ partijiet terzi fuq dan is-sit web huwa ristrett u permess biss għall-finijiet tal-kondiviżjoni soċjali (jippermettilek tikkondividi l-artikli tagħna permezz tad-diversi networks tal-media soċjali) u meta ninkorporaw kontenut fuq il-paġni ta’ dan is-sit web minn siti web ta’ partijiet terzi oħra.
Kif nista’ nħassar jew niddiżattiva l-cookies?
Jekk il-brawżer tiegħek MA JKUNX ikkonfigurat, b’mod awtomatiku, biex jimblokka l-cookies kollha jew ċerti cookies, tista’ tikkonfigura l-brawżer tiegħek manwalment biex jew tirrifjuta l-cookies jew tikkontrolla liema cookies ikunu stabbiliti fuq
l-apparat tiegħek permezz ta’ dan is-sit web. Tista’ ssib l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar kif tagħmel is-settings tal-konfigurazzjoni meħtieġa billi żżur is-sit li ġej: http://www.allaboutcookies.org/manage-cookies
Id-diżattivar tal-cookies ta’ dan is-sit web mhux se jaffettwa l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek.